X’inhuma l-passi tal-proċess tal-prenotazzjoni ?
Meta tissottometti l-formola tal-prenotazzjoni, aħna ser noħolqulek kont. Ser tirċievi d-dettalji kollha permezz tal-imejl. Il-kont ser itik aċċess għall-app tal-ivvjaġġar DisoverEU, fejn tista’ tiċċekkja r-rotot tal-ferroviji u l-ħinijiet biex tippjana l-vjaġġ tiegħek, taċċessa l-card ta’ DiscoverEU EYCA tiegħek biex tibbenefika minn eluf ta’ skontijiet madwar l-Ewropa kollha u tingħaqad mal-komunità DiscoverEU biex taqsam l-esperjenzi tiegħek ma’ vjaġġaturi oħrajn bħalek.
Jekk tagħżel biljett flessibbli, il-pass mobbli tiegħek tal-Interrail ser ikun disponibbli fl-app.
Step 1
Agħżel l-għażla tal-ivvjaġġar tiegħek
Agħżel liema għażla ta’ vjaġġ huwa l-aħjar għalik: l-Interrail Pass flessibbli ta’ DiscoverEU jew biljetti fissi tal-ivvjaġġar minn punt għal ieħor.
Step 2
Aċċessa l-formola tal-prenotazzjoni tiegħek
Kompli billi taċċessa l-link tal-prenotazzjoni personali tiegħek (mibgħuta lilek permezz ta’ [email protected])
Step 3
Ivverifika l-identità tiegħek
Bħala parti mill-formola tal-prenotazzjoni, inti ser tintalab tivverifika l-identità tiegħek.
Step 4
Issottometti l-formola tal-prenotazzjoni tiegħek
Ladarba tlesti, issottometti l-formola tal-prenotazzjoni
Kif nibda l-proċess tal-prenotazzjoni?
Inti (ser) tirċievi/irċevejt stedina bl-imejl bil-lilnk tal-formola tal-prenotazzjoni personali tiegħek.
Sabiex tlesti l-prenotazzjoni tal-ivvjaġġar, jeħtieġ tippjana xi affarijiet. L-iktar importanti huwa li jkollok karta tal-identità jew passaport lest, u li tkun taf liema għażla tal-ivvjaġġar trid.
Isfel ser issib ħarsa qasira lejn id-differenzi ewlenin bejn l-għażla tal-ivvjaġġar flessibbli u fissa.
- Fil-maġġorparti tal-każijiet, il- vjaġġ flessibbli, Pass Mobbli tal-Interrail huwa l-iktar wieħed ta’ benefiċċju. Huwa Pass Mobbli tal-Interrail li jħallik tivvjaġġa għal destinazzjonijiet multipli sa 7 ijiem fi żmien xahar.
Il-vjaġġ fiss, minn punt sa punt huwa ħafna iktar limitat fil-flessibiltà u fin-numru tad-destinazzjonijiet disponibbli minħabba limitazzjonijiet ta’ baġit.
Għandek iżżomm f’moħħok li d-destinazzjonijiet ‘il bogħod mill-punt tat-tluq tiegħek huma dawk li probabbli ma jkunux fil-baġit. - Għaldaqstant, vjaġġ minn punt sa ieħor huwa ideali għal vjaġġi lejn destinazzjonijiet fil-qrib (bħal pajjiż ġar).
Għandek bżonn iktar informazzjoni dettaljata?
Agħti ħarsa lejn iċ-Ċentru tal-Għajnuna fejn tista’ ssib it-tweġibiet għall-iktar mistoqsijiet frekwenti.
X'inhuma d-differenzi ewlenin bejn vjaġġ flessibbli u dak fiss?
😎 Għażla ta' vjaġġ flessibbli
Pass tal-Interrail ta' DiscoverEU
Kun fejn tixtieq tkun, flessibiltà sħiħa
Ivvjaġġa mingħajr dati u destinazzjonijiet fissi minn qabel
Ikkonferma l-Pass Mobbli tal-Interrail tiegħek u lesti r-riċerka tiegħek iktar tard.
Ser tkun tista’ tuża’ l-pass mobbli tiegħek fl-app tal-Ivvjaġġar ta’ DiscoverEU.
Tista’ tattiva l-Pass tiegħek sal-ġurnata meta tibda tivvjaġġa.
Waqt il-vjaġġ, ippjana inti u għaddej, biddel id-direzzjonijiet u ħalli l-vjaġġ jiżviluppa waħdu.
Ivvjaġġa fuq ferroviji għal 7 ijiem fi żmien xahar
Tista’ tuża l-pass tul 7 ijiem li tagħżel int waqt perjodu fiss ta’ xahar. Ivvjaġġa fi ġranet konsekuttivi, jew ifrixhom matul ix-xahar. Tista’ tirranġa kollox direttament mill-app tal-ivvjaġġar ta’ DiscoverEU.
Ivvjaġġa waħdek jew fi grupp
Huwa f’idejk li tagħżel jekk tivvjaġġax waħdek jew fi grupp.
Tista’ tagħżel ma’ min tivvjaġġa meta tapplika għal DiscoverEU, u tibdel dan f’nofs il-vjaġġ tiegħek.
Jekk tivvjaġġa fi grupp, kull wieħed mill-membri tal-grupp se jkollu l-pass tiegħu.
Ivvjaġġar fil-Pajjiż tar-Residenza
Il-Pass tiegħek jista’ jintuża biss għal żewġ vjaġġi speċifiċi fil-pajjiż tar-residenza tiegħek (imsejjaħ il-vjaġġ barra u lura).
Tista’ tivvjaġġa minn kwalunkwe post fil-pajjiż tar-residenza tiegħek sal-fruntiera jew sa ajruport jew port, tista’ tivvjaġġa b’iktar minn ferrovija waħda diment li l-vjaġġi jkunu fl-istess ġurnata tal-vjaġġ.
Ivvjaġġa skont il-pass tiegħek
Bil-pass mobbli, tista’ tibqa’ iktar fit-tul ġo belt jew titlaq iktar qabel minn destinazzjoni li tkun ippjanajt.
Qed tesperjenza xi xkiel fil-vjaġġi tiegħek, bħal ferrovija b’dewmien jew li ġiet ikkanċellata?
Tista’ tieħu l-ferrovija li jmiss jew tbiddel ir-rotta tiegħek.
Importanti li Tkun Taf
Qabel ma titla’ fuq ferrovija, karozza tal-linja jew dgħajsa, kull vjaġġ jeħtieġ li jiġi rrekordjat fuq l-app tal-ivvjaġġar ta’ DiscoverEU taħt is-sezzjoni “Il-vjaġġ tiegħi” u żżidu mal-Pass mobbli tiegħek tal-Interrail.
Xi ferroviji ta’ distanzi twal jeħtieġu l-prenotazzjoni ta’ seat addizzjonali.
📍 L-għażla ta' vvjaġġar fiss
Biljetti Minn Destinazzjoni sa Oħra
L-għażla fissa, ma tistax tibdel l-itinerarju tiegħek.
Ivvjaġġa skont destinazzjonijiet stabbiliti minn qabel
Irriċerka u ppjana l-vjaġġ tiegħek qabel ma tikkonferma l-biljetti tal-ivvjaġġar tiegħek
L-itinerarju tal-vjaġġ tiegħek ser jiġi bbukkjat b’biljetti minn destinazzjoni sa oħra u mhux ser tkun tista’ tibdilhom.
Ivvjaġġa skont pjan fiss
Inti taf meta ser tivvjaġġa.
Għandek id-dati lesti, għandek itinerarju fiss u inti ppreparat/a tikkommetti għal data u għal ferrovija speċifika.
Ivvjaġġa fi grupp
Dawk biss li ngħataw (il-biljett) bħala grupp ser ikunu jistgħu jivvjaġġaw bħala grupp.
Sabiex tkun tista’ tivvjaġġa fi grupp, kull individwu fil-grupp jeħtieġ li jassigura li jlesti l-formola tal-prenotazzjoni tal-ivvjaġġar.
Ivvjaġġar fil-Pajjiż tar-Residenza
Il-vjaġġ tiegħek barra jew lura ser jiġi bbukkjar b’biljetti minn destinazzjoni għal oħra.
Tista’ tivvjaġġa b’iktar minn ferrovija waħda, diment li l-ewwel destinazzjoni tiegħek hija barra pajjiżek.
Modifikazzjonijiet fil-vjaġġ
Il-biljetti ser jiġu bbukkjati ma’ ferrovija speċifika biss, fuq bażi tal-ebda tibdil fil-pjanijiet tal-ivvjaġġar.
L-ebda addizzjonijiet għall-modifikazzjonijiet, prenotazzjonijiet ġodda jew spejjeż oħra li jseħħu waqt il-vjaġġ ma huma ser jiġu koperti mill-Kummissjoni Ewropea.
Importanti li Tkun Taf
Itinerarji ta’ vvjaġġar minn destinazzjoni għal oħra ser ikunu limitati għal ferroviji li jippermettu prenotazzjoni online tal-biljetti. F’każ ta’ kanċellazzjonijiet jew dewmien, il-vjaġġatur għandu jikkuntattja l-kumpanija tat-trasport direttament.
Kun af iktar dwar id-Drittijiet tal-Passiġġier fl-UE hawnhekk